Aħna tad-ditta Trolli impenjati li nipprovdu prodotti ta’ kwalità superjuri fid-dinja kollha u rridu wkoll inkunu ċari dwar l-ingredjenti tagħhom. Il-prodotti mhumiex eżattament l-istess fil-pajjiżi kollha. Dan għaliex aħna nikkunsidraw il-preferenzi fit-togħma kif ukoll ir-regolamenti legali li jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Hawn taħt, se ssib lista ta’ prodotti Trolli li huma magħmula b’riċetti differenti skont il-pajjiż fejn jinbiegħu.
Fil-passat, ir-riċetta għal dawn il-prodotti kienet ġiet żviluppata lokalment b’mod li tissodisfa r-regolamenti lokali; għalhekk il-prodotti jistgħu jvarjaw bejn l-Istati Membri tal-UE u taż-ŻEE. B’mod aktar speċifiku, dan jikkonċerna d-daqs taċ-ċrieki, peress li kull pajjiż jippreferi daqs differenti; apparti minn hekk, jintużaw ukoll koloranti differenti peress li xi swieq jeħtieġu l-użu ta’ koloranti naturali filwaqt li pajjiżi oħra ma jispeċifikawx.